Futbol Sport

It-tim nazzjonali Malti tal-U/21 jitlef l-aħħar logħba mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni

Malta U/21: R. Al Tumi, Z. Grech, N. Pulis, C. Lonardelli, G. Camilleri (8’ M. Ellul), M. Beerman, J. Zerafa (75’ D. Xuereb), M. Grima (70’ B. Sciberras), J. Busuttil (75’ J. Scicluna), A. Friggieri, O. Elouni (75’ A. Zammit)

Finlandja U/21: V. Sinisalo, M. Haukioja, M. Vainionpaa, A. Halme, R. Tihi, L. Lingman, N. Skytta ( 87’ E. Vertainen), N. Maenpaa (71’ M. Virtanen), J. Assehnoun (79’ E. Banza), B. Kallman, T. Stavitski (87’ T. Fagerstrom)

Referee: N. Popov

Imwissija: 58’ L. Lingman (F),  64’ M. Grima (M), 79’ A. Friggieri (M)

Skorjaw: 28’ B. Kallman (F)

Fis-Centenary Stadium, it-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena safa’ megħlub 1-0 kontra l-Finlandja. Din kienet l-aħħar partita mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej minn Grupp 8 fejn temmew fl-aħħar post b’punt wieħed biss minn dro li kisbu kontra l-Irlanda ta’ Fuq. Din kienet ukoll l-aħħar partita għal diversi plejers li s-sena d-dieħla mhux se jkunu eliġibli li jilgħabu minħabba li jkunu qabżu l-eta’ massima.

Kien bidu sfortunat għat-tim nazzjonali Malti hekk kif fis-seba’ minuta, Gary Camilleri sofra injury f’saqajh, u kellhu jiġi sostitwiet ma’ Matthew Ellul.

Fis-18-il minuta wasal il-gowl deċiżiv tal-Fillandja. Minn korner ta’ Lucas Lingman, kien Benjamin KALLMAN li b’daqqa ta’ ras għeleb lil gowlkiper Al-Tumi.

Żball fi throw-in ta’ Myles Beerman fis-26 minuta rriżulta f’kontra attakk għall-avversarji, iżda l-awtur tal-ewwel gowl Kallman avvanza fil-kaxxa u xeħet barra.

L-ewwel attakk denju ta’ nota għall-Maltin wasal fil-51 minuta, meta Aiden Friggieri dawwar lejn Jan Busuttil bix-xutt tiegħu minn barra l-kaxxa ġie mblukkat.

Fis-66 minuta, Carlo Zammit Lonardelli ttanta xortieh b’xutt minn distanza konsiderevoli però l-attentat mar ftit ogħli mill-minduda.

Fit-78 minuta, l-ikbar opportunità ta’ gowl għat-tim Malti, meta l-Fillandja tilfu l-ballun fid-difiża, u James Scicluna attakka mil-linja leminija u ċċentra ruħu fil-kaxxa iżda x-xutt tiegħu kien wisq dgħajjef biex jgħeleb lil Viljami Sinisalo.

Il-Maltin komplew jittamaw għall-gowl tad-dro, u erba’ minuti wara, Scicluna offra opportunità oħra meta tefa’ kross tajjeb lejn Friggieri bid-daqqa ta’ ras tiegħu tkun milqugħa.