Lokali

Iweġġa gravi wara li waqa’ bil-mutur

Raġel Pakistan ta’ 34 sena residenti Birkirkara sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħ’Attard.

Stqarrija tal-Pulizija tgħid li l-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-7p.m. fi Triq in-Nutar Zarb meta għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur Geely Samba 125 u waqa’.

Tim mediku ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn iktar tard kien ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-inċident.