Fl-aħħar ħin, il-Gvern ħabbar il-mewt ta’ 2 persuni oħra f’Malta fl-aħħar 24 siegħa riżultat tal-Covid-19.
Fl-ewwel każ, raġel ta’ 83 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-6 ta’ Novembru, miet ilbieraħ tard filgħaxija fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tieni każ, mara ta’ 70 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fl-20 ta’ Ottubru, mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, jappella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni fosthom il-ħasil tal-idejn, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskri.
//= $special ?>