L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentatnti ħareġ stqarrija li permezz tagħha ċanfar lill-media Laburista li fuq il-portal tagħha attakkat lid-Deputat Jason Azzopardi.
L-Ispeaker Anġlu Farrugia jagħmel referenza għal rapporti fil-media, fosthom dak li qed jidher illum is-17 ta’ Novembru 2020 fuq l-online portal ta’ ONE News, bit-titlu ‘Jason Azzopardi b’numru ta’ safar mas-sieħba mħallas mill-Parlament’.
Fl-istqarrija l-Ispeaker Farruiga iċċara l-fatt li l-Uffiċċju tiegħu ma jinkorri l-ebda spejjeż fir-rigward ta’ konjugi jew partners li jkunu qed jakkumpanjaw Membri tal-Parlament waqt żjarat uffiċjali.
//= $special ?>