Lokali

Leo Brincat jawgura lil Bernard Grech u lil Roberta Metsola

Il-membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Leo Brincat f’laqgħa li kellu mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista awgura lil Bernard Grech għall-kariga l-ġdida tiegħu u ħa wkoll l-okkażżjoni jgħaddi l-awgurju tiegħu lil Roberta Mestola għall-elezzjoni tagħha bħala l-ewwel Viċi President tal-Parlament Ewropew.

Hu saħaq li kariga importanti bħal din għandha ssib l-appoġġ sħiħ tal-pajjiż kollu.

Leo Brincat ippreżenta r-rapport annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li bħalissa qed tiffoka fuq l-immigrazzjoni.

Il-Qorti kienet qed taħdem fuq tliet rapporti,wieħed li tlesta, u tnjen oħra li jiffukaw fuq Frontex u fuq il-politika tar-ritorn tal-immigranti ekonomiċi.

Minn naħa tiegħu il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech irringrazzja lil Leo Brincat taż-żjara tiegħu u tar-rapport li ppreżentalu u rringrazzjah ukoll tax-xogħol vast u siewi li qed jagħmel u li permezz tiegħu ukoll qed jirrappreżenta lil pajjiżna fl-Ewropa.