Lokali Qorti

Miċħuda talba ta’ Yorgen Fenech biex jerġgħu jixhdu Melvin Theuma u Johann Cremona fil-kumpilazzjoni

Il-Maġistrat Rachel Montebello irrifjutat it-talba ta’ Yorgen Fenech għal referenza kostituzzjonali u dan fost oħrajn biex malajr kemm jista’ jkun. Hija qalet li l-Qorti ma taqbilx mal-argument tad-difiża li l-proċedura adottata meta l-Avukat Ġenerali għadda dokumenti ħalla lill-akkużat fi żvantaġġ jew ċaħħdu mid-dritt li jippreżenta evidenza fi stadju aktar tard.

Id-digriet fost affarijiet oħra kien jgħid li għandhom jitilgħu jixhdu mill-ġdid Melvin Theuma u Johann Cremona. L-avukati ta’ Yorgen Fenech saħqu fir-rikors biex jitkomplew il-proċeduri u s-sensar fil-każ tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, Melvin Theuma jitressaq malajr kemm jista’ jkun biex isirlu l-kontro-eżami,

Il-Qorti qalet li lanqas ma taqbel mal-argument tad-difiża li l-Avukat Ġenerali kien qed jiġri biex jippreżenta evidenza. L-Avukat Ġenerali huwa marbut li jiġbor l-evidenza kollha favur u kontra l-akkużat u huwa strettament marbut bil-liġi li jibgħat l-evidenza kollha lura lill-Maġistrat.

Ir-rikors kien tressaq taħt l-artiklu 405(5) tal-Kodiċi Kriminali. Id-difiża ta’ Fenech talbet biex fis-seduta li jmiss jintalbu jixhdu lista ta’ individwi mressqa mid-difiża sabiex ikunu jistgħu jeżaminaw jew jagħmlu l-kontro-eżami tax-xhieda . Qalu li f’każ li talba tiġi milqugħa d-difiża tkun qed issejjaħ ix-xhieda tagħha.

Id-difiża kienet diġà ppreżentat talba simili quddiem il-Qorti Kriminali li kienet ppreseduta mill-Imħallef Conseulo Scerri Herrera li din astjeniet  milli tisma’ dan il-każ.

Il-Qorti qalet li m’hemm xejn li jimpedixxi lill-akkużat milli jitlob li jiġu ppreżentati l-provi, tinnota l-Maġistrat. Ħadd mhu qed iċaħħad lill-akkużat mid-dritt li jisma’ minn xhieda t-talbiet tat-tim tad-difiża tiegħu. Għaldaqstant il-Qorti qalet li t-talba tad-difiża dwar id-drittijiet tal-akkużat li ġew miksura hija waħra frivola u vessatorja.

Lejn l-aħħar tax-xahar se jibdew jixhdu l-uffiċjali tal-Europol

L-Ispettur Arnaud qal li fil-preżent qed jikkomunikaw mal-Europol biex jiġu jixhdu. Sadanittant ġie deċiż li se ssir seduta fis-26 ta’ Novembru mill-10am sas-2.30pm, u oħra fit-30 ta’ Novembru bejn is-1.30pm sat-3pm. Fit-30 ta’ Novembru u fit-2 ta’ Diċembru se jixhdu uffiċjali tal-Europol.

L-Avukat tad-Difiża semma r-rikors li ressaq hu f’ismu fuq inċident li qal ġara lbieraħ. Il-Maġistrat qaltlu li m’għandhiex ċans taqra r-rikors, imma tikkonferma li se jiġi inkluż fl-atti tal-kumpilazzjoni.

Meta kompliet il-kumpilazzjoni ta’ Yorgen Fenech mixli li kien il-moħħ wara l-qtil tal-ġurnalsti Daphne Caruana Galizia, is-seduta kienet karatteriżata minn ħafna punti legali dwar rikors li sar mid-difiża fuq kummenti li għamel Jason Azzopardi waqt programm fuq ir-radju.

Għal darba oħra ma nstemgħux aktar xhieda li għand baqa’ biex jiddeponu fil-każ, fosthom diversi esperti li ħadmu fuq il-każ. L-ispazju f’awla 17 tal-Qorti kien limitat, ferm ‘il bogħod minn kundizzjonijiet ideali waqt pandemija.

Rikors ieħor mid-difiża din id-darba fuq programm tar-radju

Permezz tal-Avukat Charles Mercieca flimkien mal-Avukati Marion Camilleri u Gian Luca Caruana Curran ir-rikors itrattawh dwar kummenti tal-Avukat Jason Azzopardi li qal li jemmen lil Yorgen Fenech huwa ħati fil-każ tal-omiċidju.

Fir-rikors, Fenech qal li huwa kien vittma ta’ ħsara irreparabbli li saret mill-Avukat Jason Azzopardi bl-istqarrijiet li huwa għamel fil-programm tar-radju.

Id-difiża qed tgħid li bħala persuna fil-politika, Azzopardi jista’ jinfluwenza lill-ġurati meta jsir il-ġuri ta’ Yorgen Fenech, bl-Avukat Azzopardi jirribatti billi jgħid li alla ħares bħala avukat tal-familja Caruana Galizia ma jemminx li Fenech huwa ħati.

F’intervent twil biex jispjega r-rikors tiegħu l-Avukat Merieca li anke għamel diversi domandi lill-Avukat Azzopardi huwa qal li l-qofol tal-argument huwa li Azzopardi, li huwa kemm avukat f’dan il-każ kif ukoll Membru Parlamentati jirrappreżenta l-kostitwenza tiegħu u għalhekk għandu jiżen kliemu b’kawtela żejda.

Mercieca jsostni li l-votanti fid-distrett ta’ Azzopardi jistgħu jispiċċaw imsejħa biex ipoġġu fuq bord tal-ġurija li se jiġġudika lil Fenech fi ftit snin. L-avukat kompla jsawwar l-argument tiegħu, billi jiċċita ġurisprudenza lokali u sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Mercieca argumenta li anke meta jaġixxi bħala avukat parte civile, Azzopardi m’għandux jikser il-preżunzjoni tal-innoċenza. Allura hemm żewġ ksur f’dan il-każ, jgħid l-avukat difensur, wieħed taħt kull “kappell” ta’ Azzopardi.

Intant, il-kollega ta’ Azzopardi bħala avukat parte civile, Therese Comodini Cachia qalet li l-avukati tad-difiża qegħdin komplu jagħmlu l-istess argumenti wesgħin, “bħallikieku dan il-każ se jmur ġuri għada”.

Qalet li t-tim tad-difiża ma pprovda l-ebda evidenza li kien hemm ksur, u lanqas ma pprovdew xi prova ta’ xi ħsara jew ħsara irremedjabbli. “Xi ngħidu għal dawk l-influwenti fuq il-midja soċjali li jitkellmu dwar il-każ għalkemm xejn mhuma relatati miegħu?” staqsiet Comodini Cachia.

Comodini Cachia irreferiet għal mistoqsija ta’ Andrew Azzopardi waqt il-programm tar-radju: “Allura fl-opinjoni tiegħek (plural), Yorgen Fenech huwa ħati?”

Huwa ovvju li Jason Azzopardi jemmen li Yorgen huwa ħati

Hija qalet li Jason Azzopardi wieġeb għal dik il-mistoqsija fil-kapaċità tiegħu bħala l-avukat tal-familja Caruana Galizia. Huwa ovvju li għandu jemmen li huwa ħati, inkella jkun qed jaħli l-ħin tal-Qorti.

Comodini Cachia mbagħad tirreferi għal direttiva tal-Unjoni Ewropea li għamel referenza għaliha Mercieca. “Jien inzertajt waħda minn dawk li fassluha, allura naf xi ħaġa dwarha,” tgħid lill-Qorti.

Id-direttiva tikkonċerna d-definizzjoni ta’ uffiċjali pubbliċi u dikjarazzjonijiet pubbliċi magħmula mill-awtoritajiet pubbliċi. Hija tgħid li ma tiddefinixxix l-awtoritajiet pubbliċi u ma tidħolx fil-preżunzjoni ta’ innoċenza.

Comodini Cachia żżid li intervista waħda bir-radju ma tistax tiġi definita bħala kampanja ta’ stampa “vjolenti” u għad fadal ħafna xi jsir qabel ma l-każ jasal fl-istadju tal-proċess.

Sa dak iż-żmien, ikun hemm tant fatturi oħra – minn evidenza ġdida għal kummenti mit-tim tad-difiża nnifsu – jistgħu jkunu fix-xena. L-Avukat Charles Mercieca kellu aktar xi jgħid dwar il-kwistjoni – huwa argumenta li l-avukati tal-parte civile għandhom jippreżentaw jiġbru kemm provi kontra l-akkużat kif ukoll provi favur l-akkużat.

Aktar qabel Mercieca staqsa wkoll dwar dak li qal fil-programm tar-radju Jason Azzopardi fuq il-maħfra għal suspettat qattiel Vince Muscat (“Il-Koħħu”).

Azzopardi wieġeb billi qal li huwa kien qed jirreferi għal intervista mal-avukat ta’ “Il-Koħħu” Marc Sant u dan ifisser li kien qed jitkellem dwar xi ħaġa diġà fid-dominju pubbliku.

“Illimitajt ruħi għal dak li diġà ntqal fil-pubbliku.” Fuq ir-radju, Azzopardi qal li kien qed jitkellem bħala avukat parte civile, anke qal li l-familja kienet għadha ma ġietx ikkonsultata dwar il-kwistjoni. “Imma jien kont qed nitkellem ukoll bħala ċittadin privat,” qal l-Avukat Azzopardi.

Fil-bidu tas-seduta xehdet Sylvana Debono l-Editur tas-sit newsbook dwar reġistrazzjoni tal-programm “Għandi xi Ngħid” li ġie mxandar fil-31 ta’ Ottubru fuq Malta’s Heart u wara fuq Newsbook.

Il-programm jiġi ppreżentat minn Andrew Azzopardi fuq il-frekwenza 103, u dan fuq meta ġie intervistat l-Avukat Jason Azzopardi. Qalet li l-programm ixxandar ukoll fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Newsbook.

Sylvana Debono ippreżentat tliet pendrives, waħda għall-Qorti, waħda għall-akkużat u oħra għall-Avukat Azzopardi. Debono qalet li l-programm kellu udjenza ta’  madwar 13,000 persuna.  

Wara li semgħet dan kollu l-Qorti qalet li se tagħti digriet dwar din il-kwistjoni fi stadju ieħor fil-futur qarib. Fis-sessjoni tat-Tlieta filgħodu li baqgħet sejra sas-2.35pm. Anke s-sessjoni ta’ nhar il-Ġimgħa li għaddiet kienet kompletament meħuda bi kwistjonijiet proċedurali. Is-sessjoni tat-Tlieta saret f’Awla 17, waħda mill-iżgħar tal-Qorti.

Yorgen Fenech, imprenditur ta’ 39 sena li qabel ġie arrestat kien jgħix f’Portomaso, f’San Ġiljan, qed jiġi mixli li organizza jew iffinanzja il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u li assoċja ruħu ma’ persuni biex iseħħ delitt fis-16 t’Ottubru 2017 u fil-ġranet, ġimgħat u snin ta’ qabel.

Huwa qed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Fenech huwa wieħed minn erba’ persuni akkużati b’rabta mal-qtil tal-ġurnalista. Vincent Muscat u l-aħwa Alfred u George Degiorgio huma akkużati li wettqu l-qtil.

Il-ħames raġel, Melvin Theuma, ingħata l-maħfra Presidenzjali għar-rwol tiegħu fil-qtil, bi skambju għall-provi li jagħti fuq il-każ, li jimplika lil Yorgen Fenech.

Għal Yorgen Fenech qegħdin jidhru l-Avukati Charles Mercieca, Gianluca Caruana Curran u Marion Camilleri. Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Keith Arnaud u Kurt Zahra li huma assistiti mill-Avukat Philip Galea Farrugia mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. L-Avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia qegħdin jidhru għall-familja Caruana Galizia.