Rafael Nadal sofra telfa xokkanti fit-tieni partita tiegħu tal-ATP Finals kontra Dominic Thiem bir-riżultat finali jkun dak ta’ 7-6 7-6. Nadal għadu qatt ma rebaħ dan it-titlu, u aspira li jagħmel it-tieni rebħa konsekuttiva wara li għeleb lil Andrey Rublev 6-3 6-4 fl-ewwel logħba. Għalhekk, Thiem jinsab fl-ewwel post ta’ Grupp B b’żewġ rebħiet segwiet minn Nadal.
In-numru wieħed tad-dinja Novak Djokovic rebaħ kontra Diego Schwartzman wara li beda l-konfront fuq sieq ħażina iżda rkupra u temm il-partita 6-3 6-2, bit-tama li jakkwista s-sitt titlu tal-ATP Finals.
Daniil Medvedev għeleb lil Alex Zverev fi straight sets ta’ 6-3 6-4 fl-ewwel logħba tal-kompetizzjoni. Medvedev, li huwa r-raba’ l-aqwa tad-dinja, huwa l-ikbar rival għat-titlu li Djokovic u Nadal qed jaspiraw li jirbħu.
//= $special ?>