Lokali

Tikkunsmax dan il-prodott

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva l-ewwel mingħand il-kummerċjant u anke permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf,  l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibiltà ta’ kontaminazzjoni b’ pestiċida (Ethlyene oxide) fil-ġunġlien li jinstab fl-istess prodott.

F’dawn l-aħħar ġimgħat nstab li l-kimika ethylene oxide setgħat kienet qed tintuża biex tikkontrolla xi mikrobi fil-ġunġlien esportat mill-Indja. Madankollu, l-użu ta’ ethylene oxide mhux approvat.

Prodott:Muesli Bar Hazelnut; Nocciola senza zuccheri aggiunti
Ditta:Crownfield
Piż:200g (8 x 25g)
Dati ta’ Durabbiltà Minima::10/11/2020 – 24/11/2020 – 08/12/2020 – 20/12/2020 – 03/02/2021 – 17/02/2021 – 31/03/2021 -04/05/2021 – 05/07/2021 – 09/08/2021 – 30/08/2021 – 15/09/2021 – 18/10/2021 – 30/10/2021