Il-kronoloġija tal-partita


Il-plejers Maltin taw dak kollu li setgħu f’dan il-konfront u f’xi waqtiet kienu mċaħħda minn deċiżjonijiet żbaljati tat-tim arbitrali.
90+3′ – Il-partita tintemm fi draw ta’ 1-1, liema draw jara lit-tim Malti jtemm fit-tieni post ta’ dan il-grupp filwaqt li l-Gżejjer Faroe ġew promossi għal Diviżjoni Ċ.
90′ -Tlieta minuti mogħtija mir-referre Estonjan fost id-diżapprovazzjoni ta’ dawk preżenti u l-bankina Maltija
87′- Sostituzzjoni doppja: Gżejjer Faroe: (Joħorġu) Meinhard Olsen, Hallur Hansson, (Jidħlu) Bartal Wardum, Heoin Hansen
85′ – Malta mċaħħda minn gowl ċert, b’save tal-gowlkiper tal-Gżejjer Faroe fuq xutt b’saħħtu ta’ Matthew Guillaumier
83′- Sostituzzjoni doppja: Malta: (Joħorġu) Jurgen Degabriele, Andrei Agius, (Jidħlu) Alexander Satariano, Shaun Dimech
81′- Sostituzzjoni: Gżejjer Faroe: (Joħroġ) Klaemint Olsen, (Jidħol) Hilmar Jakobsen
80′- L-aħħar għaxar minuti, Malta trid gowl wieħed biss biex tirbaħ il-konfront ta’ llejla.
76′- Sostituzzjoni: Malta: (Joħroġ) Teddy Teuma, (Jidħol) Steve Pisani

75′- Sostituzzjoni: Malta (Joħroġ) Luke Montebello, (Jidħol) Kieran Nwoko

69- Gowl! Il-Gżejjer Faroe iġibu d-draw permezz tas-sostitut Ari Jonsson
60′- Sostituzzjoni: Gżejjer Faroe (Joħroġ) Joannes Bjartalid, (Jidħol) Ari Jonsson

54′-Gowwllllllllllll!!!!! Malta tiskorja premezz ta’ Matthew Guillaumier
51′- Malta tiskorja iżda pront ikun l-assistent referee li għolla l-bandiera għall-offside fejn wara r-ripetizzjoni televiżiva deheret deċiżjoni dubjuża bil-plejer Malti jidher li aktar kien f’pożizzjoni regolari milli f’waħda ta’ offside. Wara xogħol tajjeb fuq il-lemin ta’ Joseph Mbong sab lil Luke Gambin fil-kaxx li kkonkluda għal ġewwa.


45′- Bidu tat-tieni taqsima: Malta 0 Gżejjer Faroe 0



42′ – L-istess plejer għal darb’oħra perikoluż meta x-xutt tiegħu għadda ftit għoli mil-lasti ta’ Bonello, bit-tim Malti jirriskja xi ftit hekk kif qiegħed jipprova joħroġ bil-ballun mid-difiża.
41′- Bonello għal darb’oħra strumentali meta din id-darba salva xutt mid-distanza ta’ Jóannes Bjartalíð.
37′- L-ewwel xutt tal-Maltin permezz ta’ konklużjoni angolata ta’ Ryan Camezuli li kienet salvata b’mod tajjeb minn Teitur Gestsson
34′- Henry Bonello strumentali għat-tim Malti meta b’mod tajjeb salva x-xutt ta’ Brandur Hendriksson
Preżenti għal din il-partita, li qed tintlagħab bil-bibien magħluqa, hawn diversi persuni distinti fosthom il-Prim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech.
30′- Malta perikoluża permezz ta’ freekick maħdum tajjeb fejn Camenzuli qassam b’intelliġenza lejn Degabriele, iżda l-cross fil-baxx tiegħu kien mtajjar mid-difiża tal-Gżejjer Faroe.
25′- Malta għandha 51% tal-pusses tal-ballun kontra l-49% tal-avversarji minkejja li l-Gżejjer Faroe kellhom aktar mill-inizjattiva u f’xi waqtiet setgħu kienu perikolużi, minkejja li ma ħolqu ebda periklu serju lejn il-lasti ta’ Bonello.

11′- Minkejja l-pressjoni kontinwa tal-Gżejjer Faroe, it-tim Malti qed joħloq paniku fid-difiża avversarja meta jattakka bi blalen diretti fil-kaxxa.
4′- Appell għall-penalty mill-plejers tal-Gżejjer Faroe wara li Bonello ħareġ għall-ballun fuq Davidsen. Mir-repetizzjonijiet televiżivi, jista’ jagħti l-każ li l-kuntatt ta’ Mbong fuq Davidsen kien skorett, iżda f’għajnejn ir-referee dan ma kienx il-każ. L-importanti li ma ssaffar ebda penalty kontra Malta.
2′- Bidu tajjeb mill-Maltin fejn qed ngħarfu nikkontrollaw il-pressjoni tal-avversarji
0′- Bidu tal-partita: Malta 0 Gżejjer Faroe 0

Analiżi tal-formazzjoni magħżula mill-kowċ Devis Mangia
Mir-rebħa ta’ kontra Andorra, kowċ Mangia wettaq biss bidla waħda fil-formazzjoni inizjali tal-Maltin, hekk kif id-difensur ta’ 32 sena, Steve Borg irritorna fl-iskwadra wara li skonta sospensjoni ta’ partita, u ħa post Karl Micallef, b’dan tal-aħħar kellu 90 minuta tajbin kontra Andorra. Mill-bqija, it-Taljan ħalla kollox l-istess, b’sistema ta’ 3-4-2-1.
Borg kien wieħed mit-tliet ċentrali ta’ wara, flimkien ma’ captain Andrei Agius u ż-żagħżugħ Slimiz Kurt Shaw. F’nofs il-grawnd, it-tnejn ċentrali reġgħu kienu Teddy Teuma u Matthew Guillaumier, b’Ryan Camenzuli u Joseph Mbong mal-faxxex tax-xellug u l-lemin rispettivament. Fil-fażi offensiva ta’ Malta, l-iskorer fl-aħħar partita, Jurgen Degabriele żamm postu, flimkien mal-efikaċi ta’ Colchester United, Luke Gambin. Dawn it-tnejn kienu ta’ appoġġ għall-punta ewlenija tal-Maltin, Luke Montebello.



Bidla waħda mill-kowċ Devis Mangia mill-aħħar partita

Merħba għal din il-partita
Merħba għal din il-partita li qed titqies bħala waħda strorika hekk kif rebħa llejla bl-iskor ta’ 1-0 jew 2-1 tkun tfisser li nerbħu Grupp 1 f’Diviżjoni D tal-UEFA Nations League u tfisser ukoll promozzjoni għal Diviżjoni Ċ.
Flimkien ma’ Malta u l-Gżejjer Faroe, fl-istess grupp ta’ Malta kien hemm l-Latvja u l-Andorra, fejn Malta f’dan il-grupp kisbet żewġ rebħiet, żewġ draws u telfa. Malta rebħet l-aħħar żewġ konfronti f’dan il-grupp, l-ewwel wieħed dak tat-13 ta’ Ottubru ġewwa Riga kontra Latvja, fejn it-tim nazzjonali Malti kiseb rebħa ta’ 1-0 bil-gowl jasal fl-94 minuta b’daqqa ta’ ras ta’ Steve Borg. It-tieni rebħa f’dan il-grupp waslet nhar is-Sibt li għadda fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali fejn minkejja li Malta sofriet gowl kmieni, wettqet rimonta u kisbet rebħa ta’ 3-1, fejn kienet l-ewwel darba li Malta rnexxiela tirbaħ meta kienet fl-iżvantaġġ f’partita kompetittiva.
Iż-żewġ draws f’dan il-grupp wasslu fis-6 ta’ Settembru f’Ta’ Qali kontra l-Latvja u erba’ t’ijiem wara kontra Andorra, f’partita li kienet frustranti ferm għat-tim Malti fejn minkejja li kien dominanti ma setgħax isib il-gowl.
L-unika telfa f’dan il-grupp, ironikament wasslet kontra t-tim li se jkun qiegħed jilgħab kontra t-tim Malti llejla, il-Gżejjer Faroe f’telfa ta’ 3-2 bil-gowl tar-rebħa għall-avversarji jasal lejn tmiem il-partita.
Malta lagħbet disa’ darbiet kontra l-Gżejjer Faroe fil-passat fejn pajjiżna rebaħ darbtejn, ġie draw darba u tilef sitt darbiet.
//= $special ?>