Lokali

173 każ ġdid; l-attivi jibqgħu fuq l-2,000

Ritratt: Martin Agius

173 każ ġdid. 135 ifiqu mill-virus. 2 persuni tilfu ħajjithom fl-aħħar 24 siegġa. 2,139 għadhom attivi bil-COVID-19. 13 jinsabu rikoverati fit-taqsima tal-kura intensiva (ITU) – Hija din is-sitwazzjoni tal-pandemija f’pajjiżna meta l-każi attivi reġgħu żdiedu, u għalhekk baqgħu fuq l-2,000.

Dan ifisser li mis-7 ta’ Marzu l’hawn f’pajiżna kien hawn total ta’ 8,637 kaz. Filwaqt li t-total ta’ dawk li fiequ sa mill-bidu tal-pandemija f’Malta u f’Għawdex issa jammontaw għal 6,184.

F’pajjiżna hawn 2,139 persuna li għadhom bil-Coronavirus, u s’issa tilfu ħajjithom 103 persuni, bl-aħħar vittmi jitħabbru permezz ta’ stqarrija tard ilbieraħ bil-lejl u ma ġewx rappurtati fil-bulettini prinċipali tal-aħbarijiet tal-bieraħ.