Coronavirus Ekonomija Lokali

“Azzjoni ħazina jew nuqqas minn regolatur tista’ tagħmel ħsara fuq l-ekonomija kollha” – Silvio Schembri

“Azzjoni ħazina jew nuqqas minn regolatur tista’ tagħmel ħsara fuq l-ekonomija kollha” – Hekk stqarr il-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri, mingħajr ma għamel referenza diretta għall-iskandli riċenti li smajna fit-tmexxija tal-MFSA. Il-Ministru għadda wkoll battuta fuq l-operat tas-settur bankarju f’pajjiżna.

F’diskors waqt konferenza organizzata miċ-Chamber tal-SMEs, il-Ministru tal-Ekonomija qal li qed naraw id-dawl f’tarf il-mina. Dan b’referenza għad-daqqa tal-pandemija. Silvio Schembri ammetta li n-negozji għaddejin minn sfidi kbar, għalkemm pajjiżi bħall-Italja, sostna l-Ministru, sejrin agħar minnha.

Il-Ministru Schembri rrefera għall-għajnuniet li qed jieħdu l-ħaddiema, iżda imkien ma semma’ li dawn il-fondi ġejjin mill-miljuni li ingħata pajjiżna mill-UE.