Ir-rebbieħ tal-kompetizzjoni tas-sena l-oħra Stefanos Tsitsipas kellhu rebħa missielta kontra r-Russu Andrey Rublev 6-1 4-6 7-6 fl-ATP Finals ġewwa l-O2 Arena f’Londra. Iż-żewġ tennisti kienu qed jittamaw għall-ewwel rebħa tagħhom wara li sofrew telfiet kontra Dominic Thiem u Rafael Nadal. Din il-partita kkonfermat ukoll li Thiem għandu post sigur fis-semi finali, wara li rebaħ żewġ konfronti minn tnejn. Dan filwaqt li Rublev inqala’ mill-kompetizzjoni hekk kif anke jekk jirbaħ l-aħħar logħba tal-grupp kontra Thiem ma jkollux biżżejjed punti biex jikwalifika. Għada, Tsitsipas u Nadal jiġġieldu għal post fis-semi finali.
Alexander Zverev iżomm it-tama li jikkwalifika għas-semi finali wara li għeleb lil Diego Schwartzman 6-3 4-6 6-3, filwaqt li Schwartzman huwa barra mill-kompetizzjoni wara żewġ telfiet konsekuttivi. Il-konfront bejn Djokovic u Medvedev se tiddeċiedi minn se jaħtaf t-tieni post fis-semi finali.
F’aħbarijiet oħra fit-tennis, l-Open tal-Awstralja f’Jannar jinsab f’dubju jekk isirx, hekk kif l-istat ta’ Victoria mhux jaċċetta li plejers jaslu f’nofs Diċembru, minkejja r-restrizzjoni li jridu jagħmlu ġimgħatejn kwarantina. Dan ifisser li t-tennista mhux se jkollhom ċans jitħarġu qabel il-kompetizzjoni. L-organizzaturi qed jitkellmu mar-rapreżentanti tal-istat, iżda hemm dubju kbir jekk l-awtoritajiet ibiddlux femthom.
//= $special ?>