Il-FIFA Club World Cup li kienet pjanata li ssir f’Diċembru ta’ din is-sena ġewwa l-Qatar, ġiet posposta għal Frar tas-sena d-dieħla. Il-kompetizzjoni hija pjanata li ssir mill-1 sal-11 ta’ Frar f’Doha. Dan it-turnament jgħaqqad ir-rebbieħa tal-kompetizzjonijiet kontinentali u jikkompetu kontra xulxin.
Ir-rapreżentanti Ewropej għal din l-ediżżjoni se jkunu Bayern Munich peress li rebħu t-titlu taċ-Champions League tal-aħħar staġun.
Ir-rebbieħa tas-sena l-oħra kienu Liverpool, wara li għelbu lill-klabb Brażiljan Flamengo 1-0 fil-finali bil-gowl deċiżiv wasal fid-99 minuta permezz ta’ Roberto Firmino.
FIFA għadhom ma ħabbrux jekk l-ispettaturi se jkunux jistgħu jattendu fil-grawnds, hekk kif iridu jevalwaw is-sitwazzjoni fil-pajjiż tal-Qatar, u jaċċertaw ruħhom li l-awtoritajiet tas-saħħa se joffru s-sigurta meħtieġa.
Il-FIFA Club World Cup kienet pjanata li tikber għal 24 tim minn sitta fl-2021, iżda l-pandemija tal-coronavirus sfurzat diversi kompetizzjonijiet oħra bħal Euro 2020 u l-Copa America li se jsiru fl-istess sena wkoll. Dan wassal biex dan il-pjan jiġi pospost għal sena oħra.
//= $special ?>