Erba’ gowls firdu l-qawwa Ingliża minn dik tal-Iżlanda, hekk kif sofrew telfa ta’ 4-0. Minkejja dan, l-Ingliżi xorta temmew fit-tielet post ta’ League A Grupp 2, bl-istess punti mad-Daniżi. Wara għoxrin minuta, Declan RICE fetaħ l-iskor b’daqqa ta’ ras, u erba’ minuti wara Mason MOUNT skorja minn pożizzjoni ideali. Fl-54 minuta, l-Iżlanda spiċċaw b’raġel inqas wara li tkeċċa Birkir Saevarsson. Doppjetta ta’ Philip FODEN fl-aħħar għaxar minuti tal-partita kkonfermaw it-tliet punti għall-Ingliżi.
Il-Belġju kkonfermaw l-ewwel post ta’ dan il-grupp b’rebħa komda ta’ 4-2 fuq id-Danimarka. Youri TIELEMANS fetaħ l-iskor wara tliet minuti biss għal Belġju b’xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa. L-avversarji ġabu d-dro b’daqqa ta’ ras ta’ Jonas WIND. Romelu LUKAKU għamel id-doppjetta personali fis-57 u fid-69 minuta. Nacer CHADLI għamel awtogowl għad-Daniżi, iżda l-Belġju rrispondew minnufiħ bir-raba’ gowl b’konkluzjoni mill-viċin.
L-Italja rebħu League A Grupp 1 b’rebħa importani ta’ 2-0 kontra l-Bosnja. Andrea BELOTTI poġġa lit-Taljani fil-vantaġġ wara li rċieva pass eċċellenti mingħand Lorenzo Insigne. It-tieni gowl wasal fit-68 minuta meta kross ta’ Manuel Locatelli sab lil Domenico BERARDI li mill-viċin ma falliex. Dan fisser ukoll li l-Bosnja ġew relegati.
Fl-istess grupp, il-Polonja sfaw megħluba 2-1 kontra l-Olanda. Kamil JOZWIAK skorja wara ħames minuti biss, iżda l-Olanda dawru l-iskor favurihom permezz ta’ penalty ta’ Memphis DEPAY u gowl ta’ Georginio WIJNALDUM.
//= $special ?>