Sport Sport Ieħor

Jintemm it-tieni rawnd tal-kampjonat tal-Gozo Motocross Association

(Ritratt: Liliana Xuereb)

Il-Gozo Motocross Association organizzat it-tieni rawnd mill-kampjonat tagħha, nhar il-Ħadd 15 ta’ Novembru 2020. Il-kompetizzjonijiet bdew fis-1pm.

Fi Klassi A rajna lil Mario Cauchi, li wara waqfa ta’ żewġ kampjonati, reġa lura fi ħdan il-GMA. Huwa daħal fl-ewwel post segwit mill-qrib minn Steve Xuereb, bil-Honda CRF 250cc. Imbagħad fi Klassi B, Jorn Stellini rebaħ fuq nota pożittiva hekk kif fuq il-mutur tiegħu akkwista punti massimi, filwaqt li Sylvan Caruana daħal fit-tieni post. Robert Spiteri akkwista t-tielet post.

Fi Klassi C, Jurgen Attard ukoll akkwista punti massimi tal-ġurnata. Warajh daħal William Sant segwit mir-rebbieħ tal-Frank Brunu award tal-2020 Anthony Fenech.

Fi Klassi D, il-kowċ tat-taħriġ tal-GMA u veteran Scott Donavan akkwista l-ewwel pożizzjoni. Warajh daħal Luke Caruana segwit minn Paul Caruana.

Hekk kif spiċċaw il-kompetizzjonijiet, is-Sur Wenzu Mercieca, sid il-Mezzan Garage ppremja trofej lir-rebbieħa tal-ġurnata, filwaqt li nġabru l-punti tal-kampjonat.

Il-GMA tħabbar li t-tielet rawnd minn dan il-kampjonat, ser issir fis-6 ta Dicembru 2020.

L-għaqda dejjem tħeġġeġ aktar sewwieqa ġodda biex jingħaqdu magħha ħalli jgawdu dan l-isport li sar ferm popolari fil-gżira Għawdxija.