Sport Sport Ieħor

Judd Trump fit-tieni rawnd wara break eċċellenti

In-numru wieħed tad-dinja Judd Trump għadda għat-tielet rawnd tal-Open tal-Irlanda ta’ Fuq wara li għeleb 4-0 lil Gao Yang, fejn fit-tielet frame għamel break eċċellenti ta’ 147 punt. Dan kien il-ħames break massimu tal-karriera tiegħu. Fl-ewwel frame, huwa għamel break tajjeb ukoll ta’ 127. Trump qed jaspira għat-tielet titlu konsekuttiv ta’ din il-kompetizzjoni.

Is-Semi finalist taċ-Championship tad-dinja Anthony McGill nqala wara li sofra telfa xokkanti ta’ 4-3 kontra Barry Pinches, li jinsab fis-76 post fil-klassifika globali. Fir-riżultati l-oħra, in-numru tnejn tad-dinja Ronnie O’Sullivan rebaħ 4-1 kontra Elliot Slessor filwaqt li n-numru disa’ tad-dinja Stephan Maguire rebaħ 4-1 kontra Alexander Ursenbacher. In-numru ħamsa tad-dinja Kyren Wilson temm 4-3 f’rebħa missielta kontra Ken Doherty.