Qorti

Konfermata sentenza ta’ tliet snin ħabs għal eks Kapillan dwar atti indiċenti fuq tifel

Il-Qorti tal-Appell Kriminali ikkonfermat sentenza ta’ tliet snin ħabs fil-konfront ta’ eks-patri Franġiskan li għamel perjodu bħala Kappillan tal-knisja ta’ Burmarrad, wara li ġiegħel żagħżugħ jikkommetti atti ndiċenti fuqu.

Donald Belizzi ta’ 49 sena li kien ukoll kappillan tal-kappella tal-ajruport kien qed jiġi akkużat li kkorrompa tliet subien taħt l-età, li pparteċipa f’atti sesswali magħhom u li kellu fil-pussess tiegħu oġġetti relatati ma’ pornografija.

Mandankollu huwa ma nstab ħati li kkorrompa tifel wieħed li kellu 14-il sena. Huwa nstab ħati li wettaq dawn ma’ l-atti mat-tifel għal madwar tliet snin sa ma kellu 17-il sena.

Il-vittma kien jagħmel parti żminn grupp ta’ ħames żgażagħ li kienu għaddejjin mill-proċess għas-saċerdozju. Then mis-subien ma kienux rrappurtaw li kien sar xi abbuż fuqhom.

Mill-provi rriżulta li Bellizzi kien jieħu żgħażagħ interessati li jsiru patrijiet għal irtir fil-kunvent tal-Franġiskani Konventwali f’Burmarrad u kien hemmhekk li ħajjar wieħed li jwettaq atti ndiċenti fuqu.

Wieħed mis-subien xehed fil-Qorti li kien jattendi għal laqgħat
f’Burmarrad u kien ukoll ikollhom ‘live-ins; Għawdex. Fuq ħaddiehor ma ra xejn partikolari ħlief li kellu kunfidenzja żejda, bħal jitfa idejh fuq partijiet sensittivi.

Xi kultant kien jaqbad naqra argumenti fuq is-sess u hekk imma ftit. Qal li ta’ dik l-eta’ kien jaħseb li dan kien isir biex jgħin lit-tfal għal meta jqerru. Spjega li f’Marsalforn Għawdex f’Dar Paċi u Ġid ix-showers kienu cubicles, tlieta ħdejn xulxin u fuq mhux mgħottija.

Qal li jiftakru jieħu r-ritratt għax il-flash jidher. Qal li Belizzi biss kellu camera. Spjega li l-appellant kien anke kien ipoġġi idu fuq saqajh. Jiftakru wkoll idaħħal ir-ramel fil-qalziet tat-tfal. Kien iħossu skomdu u kien dejjem jevitahom.

Kien sar rapport dwar dak li kien qed jiġri għand il-Kurja li mill-ewwel għamlet rapport lill-Pulizija li bdiet tinvestiga u anke kellmet liż-żagħżugħ li ikkonferma dak kollu li ġara.

Bellizzi tressaq fil-Qorti tal-Maġistrati fejn instab ħati li ipparteċipa f’attivitajiet sesswali ma’ minuri u kien ikkundannat tliet snin ħabs imma appella, b-Imħallef Consuelo Scerri Herrera tikkonferma s-sentenza.

Hija qalet fid-deċiżjoni tagħha li Belizzi suppost kellu jkun ‘role model’ għall-vittma u kien anke midħla tal-familja tiegħu tant li baqa’ jmur id-dar tal-ġenituri tiegħu anke wara dak li seħħ.

L-Imħallef Scerri Herrera iddeskriviet dak li seħħ bħala aġir “deplorabbli u kundannabbli” u għalhekk ċaħditlu l-appell. Il-Qorti fis-sentenza tagħha ħadet kont tax-xhieda tad-difiża fejn irriżulta li Belizzi għamel
affarjiet pożittivi fil-ħidma tiegħu.

Biss pero’ bħall-Ewwel Qorti tqis li piena ta’ priġunerija effettiva hija
wahda li tagħmel sens peress li Belizzi nstab ħati ta’ korruzzjoni ta’ minuri u ta’ attivita’ sesswali

Il-Qorti fis-sentenza tagħha qieset l-età żghira tal-vittma fejn l-atti komplew ghaddejin għal żmien konsiderevoli, kif ukoll l-effett li l-aġir tal-ħati ħalla fuq il-vittma.

“Din il-Qorti ma tistax ma temfasizzax li l-minuri kien jattendi laqgħat u ‘live-ins’ ma’ Belizzi biex jiskopri l-vokazzjoni fejn anke il-ġenituri tiegħu kellhom fiduċja fih”, saħqet l-Imħallef Scerri Herrera.