Lokali

“Li tgħid li s-sitwazzjoni taħt kontroll hi gidba” – Il-Professur Albert Fenech

“Ma’ tistax tfejjaq l-ekonomija jekk ma tfejjaqx in-nies l-ewwel. Li tgħati l-impressjoni li kollox tajjeb u kollox taħt kontroll hija gidba.” – Dikjarazzjoni b’saħħitha mill-Professur Albert Fenech waqt li kien intervistat fil-programm NET Live fuq Net TV.

Il-Professur spjega li fil-bidu hu kien kburi għall-mod kif mexxew Chris Fearne, Charmaine Gauci u Chris Barbara, kien ukoll kburi b’dak li għamel il-poplu Malti, fejn konna l-aqwa fl-Ewropa u kellna ftit każi, iżda imbgħad, il-vucijiet ta’ dawn l-esperti bdew ijġu injorati. Il-Professur Fenech saħaq li mexxej tajjeb għandu jkun onest mal-poplu tiegħu.

Albert Fenech saħaq li kulħadd jista’ jara li s-sitwazzjoni mhux vera taħt kontroll kif qed jgħid Robert Abela u filwaqt li ddeskriva s-sitwazzjoni bħala waħda ta’ despirament, saħaq li l-aġir tal-Gvern hu arroganti.

Jidher li r-rata ta’ trażmissjoni f’Malta issa tinsab fil-livell ta’ 1.6 bil-Professur Fenech jispjega li hawn nies fis-soċjetà li huma asintomatiċi u xorta qed iferrxu l-virus minkejja li m’għandhomx sintomi. Albert Fenech tkellem ukoll dwar il-pjani tal-Gvern li jorganizza attivitajiet għal żmien il-Milied fil-Belt Valletta.