Lokali

Membri tas-CPD imsejħa jintervjenu wara inċident ikrah f’Birżebbuġa

Inċident tat-traffiku xejn sabih li seħħ għall-ħabta tal-8.30pm illejla wassal biex għadd ta’ membri tas-CPD ġew imsejħa biex jintervjenu fi Triq il-Qajjenza f’Birżebbuġa.

F’ritratti u filmati li waslu għand Net News jidher biċ-ċar li l-inċident, li kien bejn tliet vetturi, ħalla żewġ karozzi maqlubin. Waħda mill-karozza jidher li spiċċat fuq il-ġenb filwaqt li oħra spiċċat isserraħ fuq l-istess karozza msemmija.

Mhux magħruf il-persuni nvoluti weġġgħux u kif inhi l-kundizzjoni tagħhom iżda għadd hemm xi persuni maqbuda fil-vetturi.

Fuq il-post marru għadd ta’ membri tal-Pulizija, tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza biex tassisti lil persuni maqbuda fil-karozzi.

Iktar dettalji fil-ħin li ġej.