Lokali

Raġel arrestat b’rabta ma’ bejgħ ta’ passaporti

Il-pulizija mit-taqsima tal-Immigrazzjoni arrestat Palestinjan ta’ 39 sena residenti Tas-Sliema.

Wara ġimgħat ta’ investigazzjonijiet u osservazzjoni fuqu rigward bejgħ ta’ passaporti u permessi ta’ residenzi foloz biex nies jidħlu jew joħroġu minn Malta, ilbieraħ, il-pulizija arrestatu waqt li kien f’Tas-Sliema. Minn tfitxxija fuqu nstabu ammont ta’ flus kontanti.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti llum, għall-ħabta ta’ 12:00pm quddiem ilMaġistrat tal-Għassa Charmaine Galea, b’akkużi relatati ma’ dan il-każ.