Lokali

Rewwixta fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far

Kelliem għall-Pulizija kkonferma li qamet rewwixta tant li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom

Minn informazzjoni li għandu dan is-sit jidher li fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far qamet rewwixta għall-ħabta tal-10:45 ta’ dalgħodu.

Mhux magħruf x’wassal għal dan iżda uffiċjali tal-Pulizija ssejħu fuq il-post biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.