Lokali Qorti

Sentenza sospiża wara li ħebb għal missieru b’arma

Raġel ta’ 38 sena mill-Ħamrun ġie kundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ammetta li fil-bidu ta’ dan ix-xahar u fil-ġranet ta’ qabel fil-Fgura u diversi partijiet tal-gżejjer Maltin ħebb għal missieru b’arma

Huwa ammetta wkoll li kkaġuna lil missieru biża li se tintuża vjolenza kontrih. Joseph Bongailas ammetta li wettaq dan ir-reat fis-7.30pm. fil-Fgura u dan meta huwa kien instab ħati qabel li delitti ta’ natura simili.

Quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella ammetta li ħebb għal missieru sabiex jinġurjah, idejqu jew jagħmillu ħsara, li inġurjah, heddu bi kliem jew b’mod ieħor u li ħareġ il barra mill-limiti tal-provokazzjoni.

Huwa nstab ħtati wkoll li sar reċediv. Għalkemm għall-ewwel l-imputat wieġeb li ma huwiex ħati ta’ l-imputazzjonijiet fil-konfront tiegħu, fis-seduta tal-11 ta’ Novembru 2020 huwa rreġistra ammissjoni għall-imputazzjonijiet kollha kontrih

Fid-dawl ta’ tali ammissjoni l-Qorti sabet lil Bongailas ħati ta’ l-imputazzjonijiet kollha fil-konfront tiegħu. Għall-finijiet ta’ piena ħadet in konsiderazzjoni n-natura tar-reati u l-fatt li huwa rreġistra ammissjoni fi stadju relattivament bikri tal-proċeduri.

Il-Qorti ħarġet ukoll Ordni ta’ Protezzjoni fil-konfront ta’ l-imputat għall-perijodu ta’ erba’ snin li jibdew jgħoddu mid-data tas-sentenza. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Joanna Piscopo filwaqt li għal Bongailas deheru l-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri.