Coronavirus Lokali

140 każ pożittiv ġdid fl-aħħar 24 siegħa, il-każi attivi jitilgħu għal 2,161

Il-Covid-19 ikompli jgħolli rasu f’pajjiżna b’140 każ ġdid irreġistrat fl-aħħar 24 siegħa. Dan ħareġ mill-aġġornament li l-Ministeru tas-Saħħa qed jippubblika ta’ kuljum fuq Facebook.

B’hekk, meta wieħed jgħodd ukoll lill-104 vittmi s’issa u l-117-il persuna li fieqet fl-aħħar sigħat, il-każi attivi issa telgħu għal 2,161. L-aħħar vittma tħabbar l-Erbgħa filgħaxija – għall-ħabta tas-6pm – wara li fil-jiem li għaddew tħabbru saħansitra aktar tard matul il-lejla.

Skont l-informazzjoni tal-Ministeru tas-Saħħa, 22 mill-każi mħabbra l-Erbgħa kienu ta’ qraba ta’ persuni li rriżultaw pożittivi għall-virus fil-jiem li għaddew, 18 ta’ kollegi u 14 minn kuntatt dirett.

Ikkummenta