Tliet persuni ittieħdu l-Isptar Mater Dei isofru minn ġrieħi gravi wara li kienu involuti f’ħabta kerha f’Birżebbuġa.

Stqarrija tal-Pulizija tgħid li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-8p.m. fi Triq ix-Xatt tal-Qajjenza.
Mill-ewwel stħarriġ mill-Pulizija tad-Distrett irriżulta li seħħet ħabta bejn Nissan Qashqai misjuq minn raġel Sirjan ta’ 47 sena residenti Birżebbuġa, Toyota Hilux misjuqa minn raġel Malti ta’ 32 sena residenti Ħal Tarxien u Fiat Punto, misjuqa minn raġel li l-identita’ tiegħu għad mhux magħrufa.

Bl-impatt ir-raġel Malti u ż-żewġt irġiel li kienu fil-Fiat inqabdu fil-vetturi tagħhom u kellhom jinħarġu b’intervent minn membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. L-irġiel ittieħdu l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn iktar tard kienu ċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi.
//= $special ?>