Sport Sport Ieħor

Andrey Rublev jegħleb lil Dominic Thiem fil-ħames ġurnata

(Ritratt: EPA)

Fil-ħames ġurnata tal-ATP Finals, Andrey Rublev għeleb lil Dominic Thiem minkejja li kien diġa eliminat mit-turnament.

Minkejja li kien diġa eliminat, Rublev impressjoni u għeleb lil Thiem 6-2 7-4 f’ħin ta’ siegħa u erbatax -il minuta. Din kienet l-aħħar logħba għal Rublev din is-sena fejn se jitemm bħala n-numru tmienja fid-dinja.

Thiem li rebaħ il-grupp London 2020, se jaffaċċja lil min itemm fit-tieni post fil-grupp Tokyo 1970 fejn jinkludi fih lil Novak Djokovic, Daniil Medvedev, Alexander Zverev u Diego Schwartzman.