Lokali

Edward Scicluna minn Ministru għal Gvernatur tal-Bank Ċentrali

Kif kien żvelat ftit tal-ġimgħat ilu, Edward Scicluna se jkun qed jirriżenja minn Ministru tal-Finanzi. Madankollu, u wara li ma riedx jaċċetta li jirriżenja minn rajh, il-Prim Ministru Robert Abela kellu joffrilu kariga oħra.

Fil-fatt, fi stqarrija maħruġa tard illejla, il-Gvern ħabbar li Scicluna se jkun qed jinħatar Gvernatur tal-Bank Ċentrali. Hu mifhum li Abela ma kellux għażla oħra ħlief li jitfa’ lil Scicluna f’din il-kariga, ladarba il-Ministru tal-Finanzi ma aċċettax li jirriżenja minn rajh.

Dan il-pass mistenni jħalli l-bibien kollha miftuħa għal Clyde Caruana, l-eks Chief of Staff ta’ Robert Abela, li ftit tal-jiem ilu sab postu fil-Parlament wara li ġie coopted fuq ordni tal-Prim Ministru.

Issa, kollox qed jindika li fil-jiem li ġejjin, Robert Abela jiffinalizza l-proċess ta’ reshuffle li tant ilu jippjana, fost l-oħrajn billi sab spazju fil-Parlament għall-eks Chief of Staff tiegħu u għall-MEP Laburista Miriam Dalli.