Lokali

ESKLUSSIVA: Jasal Malta d-Daniż akkużat bil-qtil doppju f’Tas-Sliema – għandu jitressaq il-Qorti għada

Għall-ħabta ta’ nofsinhar wasal Malta l-ajruplan li fuqu hemm Jesper Kristiansen, id-Daniż li se jiġi akkużat bl-involviment tiegħu fil-qtil doppju ta’ Chris Pandolfino u Ivor Maciejowski. It-titjira waslet minn Madrid.

L-ajruplan, li ġie chartered mill-Korp tal-Pulizija, niżel fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fost sigurtà stretta. Net News hu infurmat li malli wasal, Kristiansen sarlu rapid test għal kontra l-Covid. Malli joħroġ ir-riżultat ta’ dan it-test, hu jittieħed fil-lockup tad-Depot fejn se jkomplu l-interrogazzjonijiet.

Ir-raġel Daniż mistenni jitressaq il-Qorti għada l-Ġimgħa quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech mixli bl-istess akkużi li jinsabu mixlijin bihom iż-żewġt irġiel l-oħra, Daniel Muka u Victor Dragomanski.

Kristiansen huwa identifikat bħala t-tielet suspettat fil-qtil ta’ Christian Pandolfino u Ivor Maciejowski, li nqatlu b’tiri ġewwa d-dar tagħhom f’Tas-Sliema fit-18 ta’ Awwissu li għdda.

Daniel Muka mill-Albanija u Viktor Dragomanski mill-Maċedonja ta ’Fuq diġà bdew għaddejjin kumpilazzjoni akkużati bil-qtil. Il-proċeduri ta’ estradizzjoni kontra Kristiansen, li ġie arrestat f’Cadiz, Spanja f’Awwissu, kienu ilhom għaddejjin għal xi żmien.

Ritratt meħud mill-filmati ta’ Joe Francalanza
Ritratt ta’ Kristiansen mill-arkivji