Futbol Sport

Il-FIFA tipproponi li l-plejers femminili jkollhom l-leave tal-maternità

F’tentattiv li tipproteġi u tiddefendi d-drittijiet tal-plejers femminili, il-FIFA se tkun qed tipproponi fost l-oħrajn li l-plejers femminili jkunu ntitolati għall-leave tal-maternità.

Din il-proposta tgħid ukoll li l-ebda plejer femminili m’għandha tkun diskriminata għax tkun tqila filwaqt li għandu jkollha 14 -il ġimgħa ta’ leave tal-maternità filwaqt li tkun imħallsa minn tal-inqas 2/3 tas-salarju.

Sarai Bareman li hija l-uffiċjali responsabbli mill-futbol femminili fi ħdan il-FIFA qalet li filwaqt li l-FIFA qed tħares biex il-futbol femminili joqrob lejn dak maskili fil-livell ta’ professjonalità huwa importanti li regoli bħal dawn jidħlu fis-seħħ sabiex filwaqt li mara tkun tista’ tilgħab il-futbol, fl-istess ħin jista’ jkollha familja u tkun omm.