Lokali

Il-Kummissjoni Etika u Dixxiplina tirrakkomanda ċanfira għal Jason Azzopardi

Il-Kummissjoni Dixxiplina tal-PN irrakkomandat b’mod unanimu lill-Kunsill Amministrattiv tal-PN iċanfar lid-deputat Jason Azzopardi, għaliex skont il-Kummissjoni “l-aċċettazzjoni ta’ rigali m’għandux ikun torrelat”.

Dan joħroġ mir-rapport konklussiv li tfassal mill-istess Kummissjoni Etika u Dixxiplina, u li Net News ra kopja tiegħu.

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni kienet ġiet skattata wara rapporti fil-media dwar żjara li kellu Jason Azzopardi f’Iżrael – lukanda li kienet imħallsa mill-imprenditur Ray Fenech. Fir-raport tagħha, il-Kummissjoni tgħix li dan l-att jikser il-Kodiċi tal-Etika.

Il-Kummissjoni, illi semgħet dan il-każ aktar kmieni din il-ġimgħa, qalet li qed tesiġi rispett sħiħ lejn il-Kodiċi tal-Etika, u bi ħsiebha teskala sanzjonijiet rakkomandati skont il-gravità tal-każ.

Ir-rapport tal-Kummissjoni kien iffirmat miċ-Chairman Joe Pirotta.

Jason Azzopardi ingħata l-opportunità li jispjega l-pożizzjoni tiegħu permezz ta’ statement bil-miktub u s-sottomissjonijiet tiegħu fl-istess laqgħa tal-Kummissjoni.