Futbol Sport

Pep Guardiola jġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Manchester City

Il-kowċ ta’ Manchester City Pep Guardiola, għażel li jġedded il-kuntratt tiegħu mal-klabb b’sentejn, biex b’hekk se jibqa’ jmexxi lil Manchester City sal-2023.

Il-kuntratt ta’ Guardiola kien jintemm fi tmiem l-istaġun u b’hekk waqqaf kull spekulazzjoni li kienet għaddejja dwar il-futur tiegħu. L-Ispanjol ta’ 49 sena ssieħeb lil Manchester City fl-2016 u b’hekk se jkun ilu seba’ snin fit-tmexxija tal-klabb meta jintemm il-kuntratt tiegħu fl-2023.

F’kummenti li ta lill-midja Guardiola qal li minn meta ssieħeb mal-klabb kien milqugħ b’mod tajjeb minn kulħadd u dan wera fir-riżultati fejn taħt it-tmexxija tiegħu Manchester City rebħu sitt unuri fosthom darbtejn il-Premier League.

Iċ-chariman tal-klabb Khaldoon Mubarak qal li l-filosofija ta’ Guardiola saret parti mill-kultura tal-klabb u b’hekk kienet l-għażla naturali li l-klabb iġedded il-kuntratt tiegħu.