Sport Sport Ieħor

Rebħa komda għal Jarhead fil-BOV Autumn Regatta

(Ritratt: BOV/ Stefan Abela)

Jarhead li hija l-propjetà tal-Jarhead Yound Sailors Foundation u li kienet taħt it-tmexxija tal-Kaptan Zach Zammit iddomina t-tlielaq kollha li ħadu sehem fihom fejn rnexxielhom jirbħu l-BOV Autumn Regatta mingħajr telfa. Huma rebħu din il-kompetizzjoni għall-ewwel darba.

Il-Kaptan Zach Zammit qal fejn minkejja t-tibdil fir-riħ matul il-korsa, it-tim għaraf jindirizza dan u d-dgħajsa qatt ma waqfet tiċċaqlaq biex b’hekk kisbu dan ir-riżultat. It-tluq ta’ dan l-avveniment sar nhar il-Ġimgħa mill-port ta’ Marsamxett, bil-linja tat-tmiem kienet f’Ta’ Xbiex fir-Royal Malta Yacht Club. L-għada s-Sibt saret tellieqa waħda bit-tluq ikun mill-Għallis u lura. Il-korsa tal-Ħaddd kienet xi ftit itwal fejn il-flotta ħarġet il-barra mix-xatt lejn il-Fairway Buoy u direzzjoni lejn id-Dragonara.

Ir-Royal Malta Yacht Club irnexxiela torganizza b’suċċess din l-attività minkejja d-diffikultajiet tal-pandemija tal-coronavirus. Oriġinarjament din l-attività ssoltu ssir f’Għawdex iżda din id-darba sare mal-kosta tal-lvant ta’ Malta.