Żewġ persuni oħrajn spiċċaw vittmi tal-Covid-19 f’pajjiżna.
L-ewwel każ hu ta’ raġel ta’ 75 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-virus fit-2 ta’ Novembru u miet l-Erbgħa fir-Residenza Good Samaritan.
It-tieni każ hu ta’ raġel ta’ 73 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-11 ta’ Novembru u miet matul il-jum tal-Ħamis fl-Isptar Mater Dei.
B’hekk, il-vittmi tal-virus f’pajjiżna issa jammontaw għal 106.
//= $special ?>