Kultura Lokali

Alexandra Alden b’kanzuentta ġdida għal produzzjoni ta’ Teatru Malta!

Il-kantawtriċi Alexandra Alden qed toħroġ is-single ġdida fjamanta tagħha SHADOW OF A WOMAN, is-sigla tal-performance teatrali DIY ta’ Teatru Malta Alice fl-Art bla Meravilji ta’ Franca Rame u Dario Fo, f’koproduzzjoni mal-Festival ŻiguŻajg.

Alden hija mużiċista Maltija li tgħix u taħdem fl-Olanda. Hija magħrufa l-iktar għad-dehra tagħha ta’ sentejn bħala l-judge l-kwieta fuq X Factor Malta, imfaħħra għall-kritika tagħha onesta u bla tidwir bil-kliem. Hija wkoll gradwata fil-kant tal-Jazz mill-Konservatorju Cordarts
f’Rotterdam.

Bdiet tikteb il-lirika u l-poeżija fl-età tenera ta’ sitt snin, u għandha memorja tal-ewwel darba li bdiet tħobb il-kant bħala tifla waqt li kienet tgħix f’Tutzing, il-Ġermanja. Ispirata mix-xogħlijiet ta’ Nick Drake, Joni Mitchell u Jackson C. Frank, hija kienet l-għażla perfetta għall-kanzunetta ewlenija ta’ dan il-proġett fejn ħadmet id f’id mal-kompożitur Ocki Klootwijk u d-direttur ta’ Alice fl-Art bla Meravilji, Sean Buhagiar.

“Shadow of a Woman” hija odi li ssaħħrek dwar il-femminilità. Meta titkellem dwar l-identitajiet tan-nisa li jeżistu fid-dellijiet, Alden kiened bla dubju ispirata mis-suġġetti li ġew indirizzati fil-performance; adattament tax-xogħol oriġinali mill-kittieba Taljani progressivi Franca Rame u
Dario Fo. Il-produzzjoni nfisha titkellem dwar in-nisa li jkunu mqassma f’kaxxi qishom pupi b’riżultat ta’ normi soċjetali li kundannabbli.

Figura prominenti u sostenitur tal-moviment tad-drittijiet tan-nisa f’Malta, Alden kienet eċċitata biex toħloq l-interpretazzjoni tagħha għal din il-verżjoni skura tal-istorja klassika ta’ Lewis Carroll bit-tama li titfa’ dawl fuq suġġetti iebsa bħall-vjolenza domestika u l-femiċidju. Il-kollaborazzjoni tagħna mal-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika hija estensjoni tal-isforzi ta’ “Shadow of a Woman” biex toħloq kuxjenza dwar kwistjonijiet bħal dawn, aktar informazzjoni dwar din il-kollaborazzjoni eċċitanti dalwaqt se ssegwi.

Il-kanzunetta hija kemm miktuba kif ukoll kantata minn Alexandra Alden u tinstab diġà fuq SPOTIFY. Għal aktar informazzjoni dwar Alice fl-Art bla Meravilji żur www.teatrumalta.org.mt.

Dan il-proġett huwa appoġġjat mill-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Ugwaljanza u l-Gvern, is-Segretarjat Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riforma, l-Istitut tal-Kultura Taljana tal-Belt Valletta, il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali.