Internazzjonali

Biden jirbaħ ir-‘recount’ f’Georgia

Ir-rebħa tal-President elett tal-Istati Uniti Joe Biden fil-Georgia ġiet ikkonfermata wara recount, hekk kif l-isforzi legali mill-alleati ta’ Donald Trump biex jikkontestaw it-telfa tiegħu ġew miċħuda fi tliet stati.

Id-Demokratiku għeleb lir-rivali Repubblikan tiegħu fil-Georgia bi 12,284 vot, skont il-verifika meħtieġa mil-liġi tal-istat. Biden qal li jemmen li Trump kien jaf li mhux se jirbaħ u wera “irresponsabbiltà inkredibbli”.

Joe Biden mistenni jieħu l-kariga tas-46 President tal-Istati Uniti f’Jannar.