Internazzjonali

Covid-19: Il-Pfizer tapplika għall-awtorizzazzjoni tal-vaċċin fl-Istati Uniti

Il-kumpanija Pfizer u l-kumpanija sieħba BioNTech qed jaħsbu biex japplikaw, fl-Istati Uniti, għal awtorizzazzjoni ta’ emerġenza għall-użu tal-vaċċin tagħhom għal kontra l-Covid-19.

Intant, il-Food and Drug Administration (FDA) tal-Istati Uniti se tiddeċiedi jekk is-sitwazzjoni tippermettix għad-distribuzzjoni tal-vaċċin skont il-kriterji tas-sigurtà. Mhux ċar l-ammont taż-żmien li se tirrikjedi d-DNA biex tistudja d-data. Madankollu, mistenni li l-Gvern Amerikan għandu japprova dan il-vaċċin sa nofs ix-xahar id-dieħel.

Id-data mill-provi avvanzati relatati mal-vaċċin żvelat li din tipproteġi mad-94 fil-mija tal-adulti ‘il fuq minn 65 sena. Il-provi għall-vaċċin tal-Pfizer-BioMTech kienu jinvolvu mal-41,000 persuna madwar id-dinja – b’nofshom ikunu trattati bil-vaċċin u bin-nofs l-ieħor jingħataw placebo.