Futbol Sport

Filmat | It-42 gowl ta’ Michael Mifsud ma’ Malta, irrakontati mill-plejer innifsu

Nhar l-Erbgħa 11 ta’ Novembru, Michael Mifsud lagħab l-aħħar partita tiegħu mat-tim nazzjonali Malti, għoxrin sena wara li lagħab l-ewwel darba ma’ Malta, f’partita kontra l-Albanija fi Frar tal-2000. Mifsud lagħab kontra Liechtenstein, f’partita ta’ ħbiberija. Din kienet il-143 partita ta’ Mifsud ma’ Malta u li fiha skorja ukoll, dak li se jibqa’ imfakkar bħala l-aħħar gowl tiegħu ma’ Malta, f’logħba li ntemmet 3-0.

Mifsud hu l-aktar plejer Malti li qatt lagħab għal Malta iżda mhux biss. Mifsud hu ukoll l-aktar plejer li qatt skorja gowls għal Malta, b’total ta’ 42 gowl.

Replay ta’ nhar il-Ħadd li għadda, xandar servizz uniku u speċjali bil-gowls kollha li skorja Mifsud ma’ Malta u bit-testimonjanzi tal-plejer innifsu dwar il-gowls li skorja tul l-20 sena tiegħu ma’ Malta. Interessanti l-fatt li uħud mill-gowls li skorja Mifsud mat-tim nazzjonali, il-plejer ma jiftakarhomx jew il-memorja m’hijix daqshekk ċara.

Dan is-servizz hu miktub b’stil mexxej minn Christian Micallef, b’muntaġġ ta’ Beverly Abela. Agfħas hawn biex tara dan is-servizz bil-gowls kollha ta’ Mifsud.

Dan ma kienx l-uniku servizz li wassal Replay u Net Television biex ifakkar it-tmiem tal-karriera internazzjonali ta’ Mifsud ma’ Malta. Fil-jiem li għaddew, fost l-oħrajn, Replay xandar ukoll intervista mill-aktar interessanti, mis-serje tant popolari ‘Replay Drive’, fejn Christian Micallef tkellem u staqsa domandi diretti, f’intervista mexxejja mal-plejer ta’ 39 sena.

Sabiex terġa’ tara din l-intervista li saret fil-karozza Seat Arona ma’ Mifsud, agħfas hawn.