Lokali

Ħabta bejn mutur u karozza fi Triq il-Fortizza l-Mellieħa

Ritratt: Martin Agius

Xufier ta’ mutur kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei minħabba li sofra ġrieħi f’inċident tattraffiku.

Kienu għall-ħabta tat-7:50am, xħin il-Pulizija intalbet tassisti fi Triq il-Fortizza, il-Mellieħa.

L-ewwel investigazzjonijiet juru li ġrat ħabta bejn mutur Kawasaki 125, misjuq minn raġel barrani li jgħix il-Mellieħa stess, u karozza Honda Fit, misjuqa minn mara ta’ 42 sena residenti l-Mellieħa.

Il-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li ndarab gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.