Kurżitajiet Lokali

Ikona tax-xandir illum tiċċelebra 85 sena

L-attriċi u xandara popolari Josephine Zammit Cordina illum tagħlaq 85 sena. Zammit Cordina, meqjusa bħala ikona tat-televiżjoni Maltija, tibqa’ l-wiċċ sinonimu mal-programm Waltzing Matilda.

Fuq Facebook, l-attur Henry Zammit Cordina għadda l-awgurju tiegħu lil ommu Josephine, b’messaġġ li kien akkumpanjat minn dan ir-ritratt (fuq).

L-attiriċi Josephine Zammit Cordina ħadmet fost l-oħrajn fis-serje popolari Undercover filwaqt li rajnieha wkoll fid-drama televiżiva KC – it-tnejn proġetti tal-kollega tagħna Eileen Montesin.