Internazzjonali

Il-Kap tal-Knisja Ortodossa fis-Serbja jmut bil-Covid-19

Il-Patrijarku Irinej, li kien il-personalità ewlenija tal-fidi Ortodossa fis-Serbja, miet mill-effetti tal-coronavirus – bil-President Serb, Aleksandar Vucic, ikun fost l-ewwel li esprimew is-sogħba għall-aħbar.

Il-Patrijarku Irinej  — li miet fl-età ta’ 90 sena – kmieni f’Novembru kien mexxa funeral kbir fil-pubbliku għall-ogħla kap reliġjuż tal-Montenegro li wkoll kien miet bl-effetti tal-Covid-19.

Intant, Irinej, bħala l-Kap tal-Knisja Ortodossa Serba, kien konservattiv b’ influwenza kbira wkoll minn aspett politiku.

Il-Patrijaraku, nhar il-Ħamis, kien spiċċa fuq ventilatur fi sptar militari wara li l-kundizzjoni tiegħu qalbet għall-agħar – proprju ġimgħatejn wara li hu kien ġie ammess l-isptar. Hu kien marad tlett ijiem biss wara l-funeral tal-Isqof Metropolitan ta’ Montenegro, Amfilohije Radovic – fejn l-eluf tan-nies preżenti ma kenux lebsin il-maskri, filwaqt li injoraw id-direttivi għad-distanzi soċjali.

Irinej, fost oħrajn, qe jibqa’ imfakkar għall-oppożizzjoi qawwija tiegħu għad-dikjarazzjoni unilaterali tal-indipendenza tal-Kosovo ( mis-Serbja) fl-2008.

Fis-Serbja – mill-bidu tal-pandemija ‘il hawn – ‘il fuq minn 104,000 ittestjaw pożittiv għall-Covid-19, b’1,110 imutu mill-effetti tiegħu.