Lokali

Il-kriżi politika … sena wara

Kien l-20 ta’ Novembru ta’ sena ilu meta f’pajjiżna faqqgħet kriżi politika bla preċedent.

Dakinhar pajjiżna qam għall-aħbar li l-Forzi Armati kienu żammew lil Yorgen Fenech f’Portomaso minn fejn allegatament kien qed jipprova jaħrab permezz tal-jott tieghu. Bil-Pulizija jarrestaw wieħed mill-akbar imprendituri ta’ pajjiżna, u s-sid tal-kumpanija sigrieta 17 Black.

Mal-jum bdiet toħroġ aktar informazzjoni li tkompli tikxef l-intriċċi wara l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galiżia…delitt brutali li nħema minn dawk l-aktar qrib ta’ Kastilja.

Sar magħruf li Melvin Theuma li kien qed jissejjaħ il-middleman fl-assassinju, kien qrib ħafna ta’ Yorgen Fenech. L-istess Theuma kien żar lil Keith Schembri f’Kastilja fejn dan tal-aħħar tah job fantażma.

Ritratt: Times of Malta

Intant, mal-arrest ta’ Yorgen Fenech…. l-għajta għar-riżenja tal-Prim Ministru. L-Oppożizzjoni saħqet mal-ewwel li l-pożizzjoni ta’ Joseph Muscat ma kinitx aktar tenibbli.

L-aħbar tal-arrest ta’ Fenech qanqlet ukoll l-għadab  tas-soċjeta ċivili… li minn filgħodu bdiet issejjaħ lil-poplu biex jinżel fit-toroq u jipprotesta.

L-Oppożizzjoni toħroġ mill-Parlament…

U quddiem l-istess bini tal-kamra tar-rappreżentanti…dimostrazzjonijiet…

Jinsistu biex Joseph Muscat iġorr ir-responsabbilta politika tal-assassinju ta’ Caruana Galizia.

Dan il-jum….l-20 ta’ Novembru 2019…kien biss il-bidu ta’ ġranet sħaħ ta’ tensjoni politika.

Dan il-jum, kien il-bidu tal-kollass ta’ Muscat, bil-Prim Ministru jirriżenja, b’Keith Schembri jirrizneja, Konrad Mizzi jirriżenja u eventwalment ir-riżenji ta’ Chris Cardona, il-Kummissarju Lawrence Cutajar, u anke l-Avukat Ġenerali.