Raġel ta’ 34 sena mill-Gżira nżamm taħt arrest preventiv wara li ġie mixli li wettaq tliet serqiet minn tliet ħwienet u attentat ta’ serq minn ħanut ieħor. Huwa ġie mixli li rreżista l-arrest fil-konfront ta’ Kuntistabbli tal-Pulizija. B’kollox huwa ġie mixli b’14-il akkuża.
Matthew Camilleri ġie mixli quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech li fit-12 ta’ Novembri li għadda seraq flus kontanti minn ħanut f’Birkirkara u ieħor f’Santa Venera f’temp ta’ ftit minuti.
Huwa ġie mixli wkoll b’attentat ta’ serq mill-istess ħanut f’Santa Venera u b’attentat ta’ serqi ieħor minn ħanut f’Ħal Balzan fl-14 ta’ Novembru li għadda.
Ġie mixli wkoll li bidel it-traċċi ta’ reat u li fis-17 ta’ Novembru filgħaxija, ġewwa l-Gżira ħarab mill-kustodja tal-Pulizija, li kienu s-Surġent Christian Azzopardi u l-Kuntistabbli Roderick Redent Degiorgio u li għamel reżistenza fuq dan tal-aħħħar.
Ġie mixli wkoll li hedded lil dawn iż-żewġ uffiċjali tal-Pulizja, ma ħallihomx jaqdu dmirhom, li naqas milli jħares il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti tal-Maġistrati, li kiser ordni oħra tal-Qorti, li naqas li jattendi fil-Kwartieri Ġenerali meta mitlub u li sar reċidiv. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Lydon Zammit u Stephen Gulia.
//= $special ?>