Lokali

Kanzunetta ġdida f’ġieħ l-infermiera u l-qwiebel

Għadd ta’ kantanti ta’ fama lokali kantaw b’mod volontarjat id-diska ‘Lilna Ssib’… kanzunetta li saret f’ġieħ l-infermiera u l-qwiebel b’sens ta’ kuraġġ f’dan iż-żmien tant diffiċli għalihom.

L-inizzjattiva ttieħdet minn Tony Micallef mis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, bil-lirika saret minn Emil Calleja Bayliss, mużika u muntaġġ ta’ Philip Vella filwaqt li l-kantanti li pparteċipaw huma Michala Galea, Maria Spiteri, Lara Azzopardi, Eleanor Spiteri, Matthew Vassallo, u Francesca Borg.

Fil-bidu tal-pandemija, pajjiżna ra ħafna ġesti pubbliċi fejn il-poplu ngħaqqad flimkien biex juri apprezzament lill-frontliners kollha. Tony Micallef ra li kien jixraq li f’din is-sena unika ddedikata lill-Infermiera u l-Qwiebel issir kanzunetta biex permezz tagħha jkun hawn għarfien tax-xogħol ta’ dawn il-professjonijiet.