Lokali Qorti

Kristiansen jitressaq il-Qorti akkużat bi qtil doppju

Ir-raġel Daniż akkużat fil-qtil doppja ta’ Tas-Sliema tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech mixli bl-istess akkużi li ġie mixli bihom Victor Dragomanski. Ir-raġel l-ieħor, Daniel Muka minbarra l-akkużi simili tal-oħrajn qed jiġi mixli wkoll li sar reċidiv u li kiser sentenza tal-Qorti.

Kien ilbieraħ għall-ħabta ta’ nofsinhar meta wasal Malta l-ajruplan li fuqu hemm Jesper Kristiansen, li se jiġi akkużat bl-involviment tiegħu fil-qtil doppju ta’ Chris Pandolfino u Ivor Maciejowski. It-titjira waslet minn Madrid.

L-ajruplan, li ġie chartered mill-Korp tal-Pulizija, niżel fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fost sigurtà stretta. U wara, hu ġie interrogat mill-Pulizija fid-Depot.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.