Lokali Qorti

Pollakk jammetti li seraq żewġ magni tad-dgħajjes

Raġel Pollakk se jkun ikkundannat il-ġimgħa d-dieħla wara li wieġeb ħati li seraq żewġ magni tad-dgħajjes. Kamil Rozychi ta’ 41 sena tressaq quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech akkużat b’serq aggravat u reċidività.

Il-magni li huma ‘outboard’ insterqu meta kienu irmiġġati f’Manoel Island fit-13 ta’ Novembru. Rozychi qal li huwa joqgħod Marsaskala. L-avukat tiegħu tal-għajnuna legali, Martin Fenech, qal li l-klijent tiegħu qed jammetti l-akkużi miġjubin kontrih.

Il-Qorti poġġiet il-każ għas-sentenza nhar it-Tlieta li ġejjin. L-Ispettur Jonathan Ransley mexxa l-Prosekuzzjoni.