Futbol Sport

Rimonta b’saħħitha minn St. Lucia b’raġel inqas

Santa Lucia 3 Lija Athletic 2

minn Matthias Mizzi

Rimonta mill-aqwa għal St. Lucia fl-aħħar mumenti tal-partita. L-iskwadra ta’ Oliver Spiteri, li kienet b’raġel inqas matul il-maġġoranza tal-ħin għarfet iddawar telfa f’rebħa biex akkwistat tliet punti importanti. Wara d-delużjoni tal-ġimgħa l-oħra kontra Sirens, Lija ħarġu aktar determinati li jakkwistaw it-tliet punti minn din il-partita wara sensiela ta’ riżultati negattivi madankollu l-prestazzjoni medjokra fit-tieni taqsima kkastigathom bl-ikrah.

Preċiżament tliet minuti mill-ftuħ l-Albaniż Erjon Beu fetaħ l-iskor minn xutt b’saħħtu u spettakolari fl-anglu. Wara l-ħasda tal-gowl kmieni, St. Lucia ddixxiplinaw aktar tattikament, sabiex għaxar minuti wara kienu sfortunati li jġibu l-iskor indaqs permezz ta’ cross insidjuż minn fuq ix-xellug.

Tmienja u għoxrin minuta logħob u Beu ħasad għal kollox lill-avversarji permezz ta’ freekick b’saħħtu angolat li spiċċa fix-xibka. Kien proprju fi 31 minuta li St. Lucia spiċċaw b’raġel inqas wara li Jamie Zerafa daħal daħla kehra fuq il-plejer ta’ Lija. Minkejja li St. Lucia pprotestaw għal din id-deċiżjoni r-referee Stefan Pace kien viċin u wera l-karta ħamra lill-istess Zerafa.

Ħames minuti wara u Farrugia kien determinanti sabiex ħalla lit-tim tiegħu fil-logħba minn azzjoni tajba ta’ Flores.

It-tieni taqsima kienet għalkollox iddominata minn St. Lucia li għarfu jiskrujaw tliet darbiet. Proprju fid-disa’ u erbgħin minuta l-attakkant prolifiku Kevin Ante ħataf l-opportunità minn indeċiżjoni fid-difiża u sab ix-xibka.

St Lucia rreaġġixxew tajjeb, biex minuta wara Da Silva kien sfortunat li jġib l-iskor wara li l-konklużjoni tiegħu fil-baxx għaddiet viċin. B’raġel inqas, St. Lucia baqgħu jinsistu biex fi 74 minuta d-difensur laterali Timothy Tabone tela’ mal-linja u mill-viċin ġab l-iskor indaqs.

Wara li l-partita kienet tidher li se tintem fi skor indaqs, fl-aħħar mumenti St. Lucia ingħataw corner u Prates tefa’ l-ballun fix-xibka b’St. Lucia f’delirju ta’ ferħ. B’hekk il-partita ntemmet fl-iskor ta’ 3-2 u Lija baqgħu ankrati fin-naħa t’isfel tal-klassifika.

Santa Lucia: C. Farrugia, T. Tabone, F. Prates Rodrigues, K. Correia, A. Magri (A. Vella), A. Da Silva, K. Ante, L. Prestes, J. Zerafa, R. Tachikawa, K. Xuereb (’46 W. Motta)

Lija Athletic: L. Bonnici, J. Cassar, L. Soares, L. Muscat, D. Scerri,  E.Beu,  H. Wood,  M. Perez (’83 R. Darmanin), C. Gill, N. Virano, C. Flores (’61 C. Giordamania)

Imwissija: ‘5 M. Perez (LJA), ’16 L. Muscat (LJA), ’18 L. Pretes (STL), ’23 H. Wood (LJA), ’85 W. Motta (STL), ’90 E. Beu (LJA)

Imkeċċija: ‘ 31J. Zerafa  (STL)

Skorjaw:  ‘3 E. Beu (LJA), ’28 E. Beu (LJA), ’49 K. Ante (STL), ’74 T. Tabone (STL), ’90 + 4 F. Prates (STL)

Referee:  Stefan Pace

Assistenti Referees: Roberto Vella & James Muscat

Raba’ Uffiċjal:  Emanuel Grech

BOV Plejer tal-Logħba: E. Beu (Lija Athletic)