Lokali

Riskju ta’ inċident ikrah f’Wied il-Qlejja

Għall-aħħar ġranet għadd ta’ vetturi u persuni li għaddew minn fuq pont f’Wied il-Qlejja qed isibu ma’ wiċċhom periklu kbir li kapaċi jikkawża inċident ikrah jekk wieħed ma jkunx jaf b’dan. Dan minħabba li parti kbira mill-pont waqa’ u ħalla ħofra mal-ġenb tat-triq tant li l-vetturi jkollhom jaqilgħu fuq il-karreġjata opposta.

Jidher li minkejja għadd ta’ ilmenti li saru lill-awtoritajiet konċernati, l-unika azzjoni li ttieħdet kienet li sar tape aħmar biex jiġbed l-attenzjoni ta’ dawk li jgħaddu minn hemm, liema tape tqatta’ u m’għadx hemm użu għalih. Infatti, kif wieħed jasal hemm, mingħajr ebda tabelli jew sinjali li hemm il-periklu, isib ma’ wiċċu ħofra kbira li tinżel diversi metri taħt l-art.