Lokali

Ristorant prominenti jagħlaq il-bibien tiegħu

L-Assoċazzjoni tal-Istabilimenti tal-Catering, l-ACE, b’dispjaċir tinnota li wieħed mill-membri prominenti tagħha tar-ristoranti f’Għawdex, ir-rebbieħ annwali tal-premju Patrick tax-Xewkija, għalaq b’mod permanenti l-bibien tiegħu matul din il-pandemija li qed tġalli l-impatt tagħha fuq is-settur kollu tal-istabbiliment tal-catering f’pajjiżna.

L-ACE kienet ħabbret dawn ir-riskji wara li għamlet stħarriġ regolari, bl-aktar inkwetanti fejn 26 fil-mija ddikjaraw li se jagħlqu fiċ-ċirkostanzi.

L-Assoċazzjoni qed tappella lill-Gvern sabiex jagħti iktar appoġġ lir-ristoranti minnufih b’suppliment sħiħ tal-paga bħar-ristoranti fil-Lukandi u li l-gvern jinkludi wkoll il-ħaddiema kollha rreġistrati irrispettivament minn jekk dawn kinux impjegati qabel jew wara d-9 ta’ Marzu 2020 sakemm l-għadd ta’ impjegati jibqa’ fl-istess livelli tad-9 ta’ Marzu 2020.

Aktar ma l-Gvern idum biex jimplimenta dawn il-miżuri, aktar qed nistennew li jagħlqu iktar ristoranti.

L-ACE hija wkoll diżappuntata li tinnota li sal-lum ir-rifużjonijiet tal-elettriku u l-kirjiet ma nħarġux għalkemm tħabbru f’Ġunju li għadda
“Injezzjoni ta’ flus kontanti li tkun id-demm ta’ kull negozju hija kruċjali f’dan il-mument bla preċedent għas-sopravivenza tan-negozju.”