Lokali Qorti

Sentenza sospiża għal 18-il immigrant fuq rewwixta f’Ħal Far

Tmintax il-immigrant ingħataw sentenza sospiża mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech wara li ammettew li nhar l-Erbgħa li għaddew matul il-jum ta’ filgħodu għamlu rewwixta u kkawżaw ħsara fil-post.

L-immigranti li huma mis-Sudan, mill-Mali, mill-Kosta tal-Avorju, Gambia, Somalia u Guinea ingħataw sentenza skont l-akkużi li ngħatawlhom. Dawk li kkommettew ħsara li taqbeż  €2,500 ġew ikkunannati 22 xahar xahar ħabs sospiżi għal erba’ snin.

Dawk li l-ħsara kienet ta’ anqas minn €2,500 ġew ikkundannati sena ħabs sospiżi għal erba’ snin filwaqt li dawk li għandhom anqas minn 18-il sena ġew kundannati senaż ħabs sospiżi għal tliet snin.

Fis-sottomissjonijiet tiegħu l-Avukati tal-Għajnuna Legali Martin Fenech qal li kull ma għamlu l-immigranti kienet biss protesta bil-Qorti tgħid li fil-protesti ma jitkissrux oġġetti.

Minn dak li ħareġ fil-Qorti tkissru affarijiet bħal soddod. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mis-Supretendent Josric Mifsud u l-Ispettur Doriette Cuschieri.