Futbol Saħħa

Żejtun C. jirritornaw għar-rebħ b’rebħa faċli fuq Sirens

(Ritratt: Joe Borg/ MFA)

Sirens: D. Cassar, J. Pearson, R. Grech, W. De Oliveira (S. Tounkara 45’), M. Da Silva (M. Bustos 45’), W. Domoraud, A. Borg, R. Scicluna (J. Scicluna), T. Agius, R. Romao, T. Espindola

Żejtun C.: C. Cassar, D. Albanese (G. Bugeja 78’), L. Gama, D. Reid, J. Suda (A. Carabott 74’), M. Pereira, J. Gomes Junior (D. Agius 78’), V. Da Silva, E. Herrera (A. Cassar 74’), N. Tabone (G. Azzopardi 57’), A. De Barros

Referee: D. Agius

Assistent Referees: L. Portelli, T. Debono

Żejtun Corinthians irritornaw għar-rebħa b’rebħa faċli fuq Sirens ta’ 4-0 wara li fl-aħħar partita tagħhom tilfu 3-2 kontra Hibernians. Sirens kienu għadhom ġejjin minn rebħa ta’ 2-0 kntra Lija Athletic iżda dehru xi ftit għajjenin. L-ewwel xutt tal-partita wasal fil-ħdax il-minuta meta l-captain ta’ Żejtun Neil Tabone prova konklużjoni mid-distanza liema xutt għadda għoli mill-lasta. Żejtun fetħu l-iskor mal-kwarta logħob meta wara li rebaħ il-ballun f’nofs il-grawnd, Neil Tabone għadda l-ballun lejn JOSE GOMES JUNIOR li wara li qabeż numru ta’ plejers kkonkluda fil-baxxa wara Cassar għal 1-0. Sirens kienu perikoluża tliet minuti wara fejn minn pass fit-tul ta’ Ryan Scicluna, Wilfred Domoraud approfitta min-nuqqas ta’ komunikazzjoni bejn id-difensur u l-gowlkiper ta’ Żejtun bil-konklużjoni tiegħu tkun imblokkata fil-ħin minn Diego Albanese.

Żejtun rdoppjaw fit-23 minuta meta minn cross minfuq il-lemin ta’ Vitor da Silva, kien DAVID REID li żmarkat waħdu fil-kaxxa bir-ras tefa’ wara Cassar. Żejtun viċin t-tielet gowl meta minn azzjoni personali ta’ Reid qassam lil Jurgen Suda fuq x-xellug li minn naħat tiegħu reġa’ lagħab lejn Reid bil-konklużjoni ta’ dan tal-aħħar tgħaddi għoli. Żejtun kellhom opportunità oħra li jikorjaw t-tielet gowl meta l-freekick ta’ Gomes Junior fil-35 minuta, sab lil Diego Albanese waħdu li naqas milli jixħet fil-lasta.

It-tim imexxi minn Orosco Anonam skorja t-tielet gowl fit-38 minuta meta x-xutt mid-distanza tad-debuttant VITOR DA SILVA qarraq għal kollox bil-gowlkiper ta’ Sirens biex għamilhom 3-0. Sirens pruvaw iwettqu reazzjoni u minn pass fit-tul, Da Silva avvanza u daħal fil-kaxxa, bil-konklużjoni tiegħu tmur għoli. Fit-tieni taqsima, Sirens ħarġu xi ftit aħjar minkejja li fl-ewwel minuti ma kienux perikolużi. L-ewwel azzjoni perikoluża tat-tieni taqsima wasslet fid-69 minuta meta minn pass fit-tul kien Reid li daħal fil-kaxxa, bil-konklużjoni tiegħu li kienet destinanta għal ġewwa tkun imblokkata fil-ħin minn Pearson. VITOR DA SILVA skorja t-tieni gowl tiegħu fil-71 minuta meta minn azzjoni personali daħal fil-kaxxa u minn pożizzjoni angolata kkonkluda għal wara Cassar għal 4-0. Fit-88 minuta Vitor Da Silva kien viċin li jskorja t-tielet gowl tiegħu meta d-daqqa ta’ras ħabtet mal-lasta u għaddiet barra. Fl-aħħar għaxar minuti ż-żewġ timijiet wettqu numru ta’ tibdiliet bl-andament tal-partita jkun wieħed kalm biex b’hekk Żejtun kisbu tliet punti oħra importanti li jkomplu jbiegħduhom miż-żona relegazzjoni filwaqt li baqgħu b’ħames punti b’partita anqas.