Coronavirus Lokali

141 każ ġdid ta’ Covid-19 f’pajjiżna, it-total ta’ każi issa jaqbeż id-9,000

Ikomplu jiżdiedu l-każi pożittivi ta’ Coronavirus f’pajjiżna, hekk kif fl-aħħar 24 siegħa rriżulta li 141 persuna oħra rriżultat pożittiv. B’hekk, it-total tal-każi issa tela’ għal 9,039.

Skont l-aħħar aġġornament tal-Ministeru tas-Saħħa fuq Facebook, fl-aħħar sigħat fiequ wkoll 159 persuna oħra.

B’hekk, jekk wieħed jgħodd ukoll lill-111-il vittma s’issa (wara li aktar kmieni tħabbar li tliet persuni oħrajn mietu), il-każi attivi issa huma 2,152.